Wieħed mill-għanijiet tad-Dipartiment tal-Istorja hu li jqajjem aktar għarfien u nteress fl-istorja ta’ pajjiżna. Biex jintlaħaq dan l-għan, dan id-dipartiment jorganizza numru ta’ attivitajiet , kemm fl-iskola kif ukoll barra mill-iskola.
Fost l-attivitajiet li saru fl-iskola tagħna relatati mas-suġġett tagħna huma x-shows li ttellgħu mill-More or Less Theatre. Il-wirjiet iġibu l-isem ta’ ‘The Complete History of Malta’ (More or Less) u ‘The Complete History of Europe’ (More or Less). F’dawn iż-żewġ wirjiet, l-istudenti jiġu ppreżentati l-istorja ta’ Malta u tal-Ewropa b’mod interattiv u komiku. Kumment komuni fost l-istudenti wara li jaraw dawn il-wirjiet hu li permezz ta’ dawn il-wirjiet, huma jaraw l-istorja minn perspettiva differenti minn tas-soltu.
Fl-iskola wkoll jiġu wkoll numru ta’ kelliema, fosthom minn Heritage Malta. Il-Prof. Timmy Gambin ġie wkoll jaqsam l-esperjenzi u s-sejbiet tiegħu bħala arkeologu marittimu.
L-NGOs Malta Archery, Anakron Living History, Malta Falconry Club, Compagnia San Michele u l-Battlefront Living History Group Malta ġew l-iskola biex ikomplu jżidu l-għarfien u l-interess tal-Istorja fost l-istudenti. Dan għamluh billi tellgħu rappreżentazzjoni kif ukoll ġabu xi oġġetti relatati mal-perjodu li fih jispeċjalizzaw bħal elmi, xwabel, snieter u chain vest. Permezz t’ hekk l-istudenti setgħu jaraw u jmissu dawk l-artifatti li tant jisimgħu dwarhom fil-klassi.
Biex nagħmlu l-istorja aktar konkreta, d-dipartiment tagħna xtara oġġetti relatati mal-istorja soċjali Maltija bħal eżempju lampi, spiritiera, ħadida tal-mogħdija tal-ħadid biex permezz tagħhom l-istudenti jempatizzaw aktar ma’ missirijietna. Dawn l-oġġetti jittieħdu fil-klassi biex l-istudenti jkunu jistgħu jaraw dawn l-oġġetti aktar mill-qrib u jifhmu kif kienu jintużaw.
L-attivitajiet ta’ barra l-iskola mhumiex marbutin ma’ żjajjar fil-mużewijiet biss imma nieħdu l-istudenti wkoll għal History Trails. L-għan ta’ dawn il-mixjiet hu li ngħinu l-istudenti jaraw u josservaw l-affarijiet madwarna li huma marbutin mal-iskola bħal rziezet Maltin, milestones, ħitan tas-sejjieħ, l-imtieħen, l-imtali u niċeċ.
Permezz t’ hekk inqajmu kuxjenza storika għal-affarijiet ta’ madwarhom biex b’hekk jibdew japprezzaw aktar l-istorja tagħhom u ta’ pajjiżhom.
Is-Sa. ML Schembri
Kap tad-Dipartiment