Il-Ġimgħa 30 t’April 2021, l-iskola tagħna, irrappreżentata minn 4 studenti tal-10 sena, ħadet sehem fil-Young Parliamentarians, dibattiti online kontra kulleġġi oħra minn Malta u Għawdex. Dawn id-dibattiti kienu f’forma ta’ kompetizzjoni organizzati mill-Aġenzija Żgħażagħ. L-istudenti Katryna Micallef Tonna, Luke Camilleri, Aleandra Farrugia u Martina Casaru` irnexxielhom iwasslu l-iskola tagħna sas-semi finali, u m’għaddewx għall-finali bi ftit punti.
Tul id-dibattiti, l-istudenti riedu juru l-abbiltà li jafu jwasslu l-messaġġ tagħhom b’riċerka u b’emozzjoni, waqt li fl-istess ħin jirribattu l-argumenti tal-iskejjel l-oħra. Tul dawn l-aħħar ġimgħat, l-istudenti, bl-għajnuna tal-Youth Worker Roderick Borg mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-għalliema tal-Istudji Soċjali s-Sa. Sue Ellen Cachia u s-Sur Kendrick Sultana, kellhom iċ-ċans jitħarrġu sabiex ikunu ppreparati għal din il-kompetizzjoni.




Prosit kbira lil dawn l-istudenti u nawgurawlhom li dak li tgħallmu tul din l-esperjenza jkun ta’ għajnuna għalihom f’ħajjithom.
L-Għalliema tal-Istudju Soċjali