Kif bebbuxu ġo qoxortu
Kif għasfur fil-bejta jġib
Kull mhu bżonn kollu madwaru
Kull ma jrid hemm ħdejh isib.
Il-Kulleġġ San Benedittu
Tiegħi bejta w qoxra wkoll
Kull ma rrid insib madwari
Li nixtieq kull m’għandi bżonn.
Benedittu, Benedittu
Kif itiru ħames snin!
Fjur ta’ ħajti fih inqatta`
Induq bennet il-tagħlim.
Benedittu, Benedittu
Int tagħtini kull m’hemm bżonn
Ħalli kif fid-dinja noħroġ
Rasi ‘l fuq dejjem inżomm.
Nikber naf li nħares lura
B’nostalġija lejn iż-żmien
Li għaddejt San Benedittu
Naħdem, nilgħab qalb il-ħbieb.
U nġib żgur quddiem għajnejja
Kemm kien jgħidli kull għalliem
Li l-futur qiegħed f’idejja
Għax it-tagħlim huwa dejjiem!
Benedittu, Benedittu
Kif itiru ħames snin!
Fjur ta’ ħajti fih inqatta`
Induq bennet il-tagħlim.
Benedittu, Benedittu
Int tagħtini kull m’hemm bżonn
Ħalli kif fid-dinja noħroġ
Rasi ‘l fuq dejjem inżomm.
Kliem: Mr M Zammit
Muzika: Mr K Scicluna
Arrangament: Mr A Pace u Mr K Scicluna