Vox pop interessanti mill-istudenti għall-istudenti u l-ġenituri tagħhom. L-istudenti li qed jattentu l-iskola qed jagħrfu l-ħtieġa li wieħed jattendi, jitgħallem u jissoċjalizza. L-istudenti nfishom qed jappellaw lill-istudenti li wara li nfetħu l-iskejjel kollha f’Settembru 2020 għall-istudenti kollha, kull jum u bil-miżuri kollha possibbli (li qed jaħdmu tajjeb) għadhom qed ifallu l-iskola.
Din l-inizjattiva li qed issir mill-Kulleġġ San Benedittu, tingħaqad ma’ oħrajn tajbin li qed jittellgħu mill-iskejjel waqt din il-pandemija.
Il-Ministeru jibqa’ jappella biex it-tfal li jistgħu jattendu l-iskola, għandhom jattendu bla aktar dewmien fl-aħjar interess edukattiv tagħhom.
Grazzi kbira tmur għall-għalliema u għall-istudenti li ħadmu fuq dan il-filmat.