Parents’ Day 2021 Booking System

Attention Parents/Guardians: How to access your appointment on Parents’ Day…

Attenzjoni Ġenituri/Kustodji: Kif se taqbad għall-appuntament f’Jum il-Ġenituri…

Click here to access the booking page.

Instructions for Parents/Guardians
4th and 5th February 2021

Dear Parents and Guardians,

As I have announced during the first days of the second term, we will be having the Parents’ Days on Thursday 4th and Friday 5th February. These meetings will be held online via TEAMS app. Below are some screenshots and the steps you need to follow to book your 10 minutes appointment with the teachers of your choice. Kindly note that appointments are booked on first come first serve basis. Booking will be open from Monday 25th January 2021.

Instructional Video in English:

Please find below the instructional videos for parents/guardians on how to schedule meetings and how to use MS Teams:

Important points:

  • Parents/Guardians can only book ONE appointment of 10 minutes with every teacher.
  • Make sure to write PROPERLY your email address in the provided field. Ideally, you enter an iLearn email account, but you can use any other email address.
  • After every booking, you will receive a confirmation email together with the link for that online meeting.
  • The Parents’ Days start at 8:00 and finish at 14:20.
  • Members of staff have two 20-minute breaks from 10:00 to 10:20 and from 12:30 to 12:50.

Should you need further assistance kindly contact me. Moreover, if you need an appointment with any member of the Senior Leadership Team or with the guidance teachers, please download the circular.

DOWNLOAD the circular with step by step instructions, including the teachers’ lists sorted by class.

Kind regards

Adrian Galea
Head of School

Appuntament għal Jum il-Ġenituri 2021

Istruzzjonijiet għall-Ġenituri/Kustodji
L-4 u l-5 ta’ Frar 2021

Għeżież Ġenituri u Kustodji,

Bħalma ħabbartilkom fl-ewwel jiem tat-tieni term, Jum il-Ġenituri se jinfirex fuq żewġ ġranet, il-Ħamis 4 ta’ Frar u l-Ġimgħa 5 ta’ Frar. Dawn il-laqgħat se jseħħu onlajn fuq TEAMS. Hawn taħt għandkom issibu xi stampi kif ukoll il-passi li tridu ssegwu sabiex tibbukkjaw appuntament ta’ għaxar minuti ma’ dawk l-għalliema li tixtiequ tkellmu. Ġentilment ninfurmakom li l-appuntamenti se jittieħdu abbażi ta’ min jibbukkja l-ewwel. Din is-sistema se tkun miftuħa minn nhar it-Tnejn, 25 ta’ Jannar 2021.

Vidjow ta’ Istruzzjoni bil-Malti:

Hawn taħt għandkom issibu vidjows ta’ istruzzjoni ta’ kif għandek tibbukkja l-appuntamenti u ta’ kif tuża MS TEAMS:

Punti importanti:

  • Il-Ġenituri u l-Kustodji jistgħu jibbukkjaw appuntament WIEĦED ta’ għaxar minuti ma’ kull għalliem rispettiv.
  • Ħudu ħsieb li tiktbu TAJJEB l-indirizz elettroniku tagħkom fil-post provdut. Preferibilment tużaw indirizz elettroniku tal-iLearn pero’ mhux bil-fors.
  • Wara kull appuntament ibbukkjat, se tirċievu email ta’ konferma bil-ħolqa (link) għal dak l-appuntament li se jsir onlajn.
  • Jum il-Ġenituri jibda fit-8:00 u jintemm fis-14:20.
  • Il-membri tal-istaff għandhom żewġ brejks ta’ għoxrin minuta, mill-10:00 sal-10:20 u min-12:30 sas-12:50.

F’każ li għandkom bżonn aktar informazzjoni, ġentilment ikkuntattjawni. Barra minn hekk, jekk għandkom bżonn tagħmlu appuntament ma’ xi membru tas-Senior Leadership Team jew mal-għalliema tal- Guidance, jekk jogħġobkom niżżlu ċ-ċirkulari minn hawn.

Agħfas hawn biex tniżżel iċ-ċirkulari bil-linji gwida u bil-listi tal-għalliema mqassma skont il-klassijiet.

Tislijiet,

Adrian Galea
Kap tal-Iskola