Din is-sena fl-iskola taghna beda jigi mghallem ghal l-ewwel darba is-suggett ta’ ICT C3. Suggett b’isem totalment gdid imma jaghti lill-istudenti hiliet godda fil-qasam tal-ICT.
Ghall-dawn l-ahhar snin is-suggett tal-ICT kien ibbazat fuq taghlim bi preparazzjoni ghall-ezamijiet tal-ECDL. It-thejjijiet ghall-ezamijiet tal-ECDL kien jibda minn Year 7 fejn l-istudenti kienu jkunu ppreparati biex jaghmlu ezami kull sena sa’ Year 11.
Is-suggett tal-ICT C3 huwa aktar prattiku, fejn jigu mghallma hiliet godda fit-teknologija kemm fl-uzu tal-kompjuter kif ukoll permezz ta’ programmi differenti fejn l-istudenti jigu ppreparati fid-dinja tax-xoghol relatati mat-teknologija.
Il-Year 9 huma l-ewwel grupp ta’ studenti li bdew jigu mghallma s-suggett din is-sena. Kull klassi tal-Year 9 tinqasam fi gruppi izghar biex f’kull lezzjoni tal-ICT C3, ikun hemm massimu ta’ 16-il student fil-Kompjuter Lab, b’kull student u studenta jkollhom kompjuter ghalihom tul il-lezzjoni.
Fil-Year 9, l-istudenti tal-ICT C3 jigu ppreparati biex jitghallmu l-Video Editing u Web Development fejn ikollhom coursework f’kull wiehed minnhom. Il-marki li l-istudenti jgibu f’kull wiehed minn dawn is-suggetti jkunu parti mill-marka globali ta’ l-ahhar tas-sena. Dawn il-marki jwasslu lill-istudent u studenta biex igibu certifikazzjoni tal-ICT C3 fil-Year 11. Dan ifisser li ghall-ewwel darba l-istudenti qeghdin jinghataw biex ikollom O Level fl-ICT.
Fil-bidu tas-sena skolastika, l-istudenti tal-Year 9 inghataw lista ta’ videos biex jaraw meta jridu tul is-sena bi thejjija ghall-ezami ta’ l-ahhar tas-sena. Dawn il-videos jittrattaw suggetti nteressanti bhal-Cyber Bullying u Sextortion fost ohrajn. Fis-sillabu tal-ICT hemm lok ukoll ghall xi diskussjonijiet fuq dawn is-suggetti.
Sfortunament, minhabba l-pandemija, is-suggett tal-Web Development huwa eskluz mis-sillabu ghall din is-sena u ghalhekk il-marki li l-istudenti gabu fil-Video Editing gie rduppjat biex jaghmel tajjeb ghan-nuqqas tal-Web Development.
Id-Dipartiment tal-ICT