Il-Hospitality huwa suġġett vokazzjonali li huwa ċċertifikat mill- MATSEC. Jiffoka dirrettament fuq id-dinja tax-xogħol, b’mod partikolari dak relatat mat-turiżmu.
Dan is suggett jinkludi diversi temi fostom:
- Tipi differenti ta’ turiżmu.
- L-importanza ta’ komunikazzjoni effettiva ma’ nies ta’ kulturi differenti.
- L-importanza tat-turizmu għall-ekonomija
- Tipi differenti t’akkomodazzjoni għal turisti differenti.
- Id-dieta bilancjata, in-nutrijenti u dieti differenti.
- L-iġjene waqt il- preparazzjoni tal-ikel.
- Nesploraw riċetti differenti minn madwar id-dinja.
- Nesploraw b’mod avventuruż u kreattiv kif nistgħu nużaw ikel differenti.
- Legislazzjonijiet tas-saħħa relatati mal-industrija tal-ikel.
- Kif tagħti servizz adegwat lil konsumatur.
- L-irwoli differenti fil- qasam tat-turizmu.
X’ħiliiet għandek bżonn?
- Tkun organizzat u tlesti x-xogħol fil-ħin.
- Abbilta` għolja fl-ingliż
- Tiġbor u tinterpreta informazzjoni fi kliemek.
- Tinterssa ruħek fil-qasam tat-turiżmu.
- Kapaċi tuża l-komjuter u tagħmel riċerka mil-interent
- Tinteressak il-kultura tat-tisjir.
- Tieħu gost tiltaqa’ ma’ nies ta’ kulturi differenti.
Min għandu jagħżel dan is-suġġett?
Jekk tixtieq xogħol:
- FIl- qasam tat turiżmu. Eżempju: Hotel manager, Receptionist, Chef, sid ta’ restaurants, guest house eċċ.
- Fil- qasam tal-edukazzjoni. Eżempju għalliem
L-Għalliema tal-Hospitality