Fi Frar 2017 l-iskola sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu flimkien mal-MCAST niedew il-proġett MCAST Partner School. Dan il-proġett se jkun qed jagħti lok li permezz tiegħu l-Kulleġġ San Benedittu se jidħol f’kollaborazzjoni mal-MCAST sabiex jipprovdi programmi ġodda ta’ VET (Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali) lillistudenti taliskola sekondarja fil-qasam tal-Inġinerija u/jew tat-Teknoloġija.
S’issa l-programmi tal-VET, fl-iskejjel kienu jwasslu biss għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ĊES maħruġ mill-Università ta’ Malta. Din se tkun iċ-ċavetta li tintroduċi iktar VET modules fl-iskejjel sekondarji. Dawk l-istudenti li jtemmu b’suċċess dawn ilmodules, se jingħataw akkreditazzjoni ta’ Diploma f’livell 3 maħruġ millMCAST qabel ma jtemmu l-edukazzjoni obbligatorja. Dan bl-intenzjoni li eventwalment, dan l-inpenn jinfirex fuq livell nazzjonali.
L-iskop ewlieni ta’ din l-inizjattiva hu sabiex jissaħħu l-programmi tal-VET fl-iskejjel sekondarji u tagħti l-possibiltà lillistudenti li jtemmu l-iskola obbligatorja b’ċertifikazzjoni akkreditat. L-istudenti fl-istudju tal-VET ikunu jistgħu jkomplu l-istudju tagħhom direttament f’livelli ogħla fl-MCAST jew inkella jkunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol imħarrġa, blgħodda mogħtija lilhom skont in New Skills Agenda 2020.
F’dan il-proġett għandha rwol importanti l-industrija lokali sabiex jinbena djalogu u pont bejn dak li toffri l-edukazzjoni u dak li toffri r-realtà tad-dinja tax-xogħol u l-ħtiġijiet tagħha. Għalliema tas-suġġetti relatati mal-istudju tal-Vokazzjoni tat-Teknoloġija u tal-Inġinerija flimkien mat-tuturi tal-MCAST, se jkunu qed jaħdmu id f’id sabiex jaddattaw u jiżviluppaw il-kontenut tassuġġett tal-VET għall-abbiltajiet tal-istudenti ta’ skejjel sekondarji. Il-kontenut se jinkludi linformazzjoni u l-abbiltajiet diskussi mal-industrija fl-istess qasam. L-industrija lokali se tkun qiegħda toffri riżorsi umani kif ukoll fiżiċi sabiex la darba jibda t-tagħlim, ikun jista’ jseħħ anke fuq il-post tax-xogħol. Huwa mistenni li missena 2020, il-Kulleġġ San Benedittu se jkun qed jgħaqqad grupp ta’ madwar 25 student sabiex jitħarrġu fit-Teknoloġija u fl-Inġinerija u jiġu ċċertifikati għat-tielet livell ta’ Diploma kompluta fl-aħħar tal-iskola sekondarja.
Is-Sur M. Bugeja